Cassola b’ittra ghal investigazzjoni fuq Ian Borg

Arnold Cassola, kandidat Indipendenti b’ittra Kummissarju għall-Istandards biex issir investigazzjoni fuq il-Ministru Ian Borg.
“Ghaziz Kummissarju Hyzler,
 Naf li probabbli bhalissa, li qed tipprepara biex tidhol fil-kariga prestiguza u misthoqqa fil-Lussemburgu, ma tantx ikollok hsieb.
   Imma f’dan il-pajjiz taghna, mmexxi minn politici mahmugin u giddibin, kuljum b’xi haga.
   Qed nirreferik ghall-artiklu hawn taht ta’ theshiftnews.
   Qieghed ghalhekk nitolbok tinvestiga:
1. Kif il-Ministru Ian Borg ta nofs miljun euros direct orders lid-ditta TEC….f’jum wiehed.
2. Jekk il-minimu ta’ sitt tined, siggijiet, armar ecc. li l-Ministru Borg ha minghand TEC ghall-kampanja elettorali personali tieghu kinux speci ta’ commission.
3. Jekk ma kinux, dan ifisser li l-Ministru hallas ghalihom minn butu. Imma dan ifisser li kiser il-ligi ghax iqumu aktar mill-40,000 ewro permessi mil-ligi.
4. Nitolbok tivverifika d-dikjarazzjoni tal-Ministru dwar spejjez u jekk kienx veritier fid-dikjarazzjoni tieghu.
Nirringrazzjak u nselli ghalik,
Arnold Cassola”

Min jixtieq jagħmel kuntatt magħna jista’ jibgħat email fuq: [email protected]