Arnold Cassola – Passaporti u Identity Malta: Qed jiġu investigati l-allegati politiċi korrotti?
Cassola jistaqsi dwar passaporti u Identity Malta.
“The Times irrappurtat li l-gvern qed jesplora l-eliminazzjoni tal-iskema kontroversjali ta’ xiri tal-passaporti hekk kif id-dħul mill-bejgħ qiegħed jonqos u l-UE qed tordnalna nagħlquha.
It-tneħħija tal-id il-leminija ta’ Keith Schembri, Alex Muscat, milli jkompli jissorvelja l-iskema kienet sinjal li xi ħaġa kienet tinten.” jgħid Cassola.
Kompla ” Imma hemm oħrajn, konnessi mal-iskema, li għandhom riħa tinten madwarhom.
Ġimgħat ilu, jien ipprovdejt lill-Kummissarju tal-Pulizija bl-ismijiet ta’ żewġ politiċi konnessi mal-iskema li, allegatament, kienu fi ftehim ma’ żewġ uffiċjali ta’ aġenzija tal-proprjetà famuża biex ibigħu propjeta’ lil xerrejja taċ-ċittadinaza ….u jieħdu “commission” fuq il-bejgħ.
Jien tajt lill-Kummissarju anke l-isem tal-“Estate Agency” u taż-żewġ impjegati tagħha.
Bħas-soltu, il-Kummissarju tal-Pulizija jibqa’ sieket u ma jinfurmakx jekk inbdietx investigazzjoni.”
” Ser inkunu qatt nafu jekk dak li hu allegat hux minnu?” jistaqsi Cassola.
” Jew iż-żewġ politiċi allegatament involuti, tal-imgħoddi u tal-preżent, ser jeħilsuha franka bħal ħafna politiċi oħra aktar famużi?” temm Cassola.
Min jixtieq jagħmel kuntatt magħna jista’ jibgħat email fuq : [email protected]