Fi Stqarrija li ħarġet il-bieraħ, 6 ta’ Marzu, 2025, il- President tal- parlament Ewropew Roberta Metsola, qalet “L-azzjonijiet tagħna huma meħtieġa – mhux b’karità – imma mid-dmir tagħna li nżommu Ewropa sikura”
Il- Prim Ministru Robert Abela, fi stqarrja għall istampa, qal li ma jaqbilx li għandna ninvestu f’ iżjed armamenti biex nwasslu dan il-kunflitt fit-tmiem tiegħu. Abela qal ” anzi bil kontra li iżjed armamenti jfixxklu milli naslu għat-tmiem ta’ din il- gwerra “
Dalgħodu Malta tqum b’diversi reazzjonijiet għal dak li seħħ il-bieraħ fil-Parlament Ewropew fejn saret votazzjoni jekk l UE għandix talloka baġit biex issaħħaħ il- fruntieri tagħha.
Bosta ċittadini Maltin urew diżappunt u rabja fuq il-mezzi tal-midja soċjali fejn kitbu li ma jaqblux li Malta għandha tidħol fi gwerra speċjalment meta bħala pajjiż hemm mnaqqxa fil-kostituzzjoni tagħha n-newtralita’.