ADPD-Demokrazija taħt attakk, il-kapijiet tal-Pulizija tarka għall-ħmieġ.

Wara dak li qiegħed jiġi allegat illum mill-gazzetta Times of Malta huwa inevitabbli li l-pożizzjoni ta’ Ian Borg bħala ministru hija kompromessa u mhux aċċettabbli. Iċ-Chairperson tal-partit qalet:”Huwa għalhekk li aħna tal-ADPD – The Green Party qed nitolbu għar-riżenja immedjata tiegħu. Il-pajjiż għandu bżonn ministri li tista’ tafda u mhux nies li mdeffsin fi prattiċi kriminali u prattiċi ta’ xiri ta’ voti jew biex jiġu aġevolati tal-qalba u l-inkompetenti.”

Dan hu attakk ieħor fuq id-demokrazija tal-pajjiż u musmar ieħor fil- qabar tal- fiduċja tal-poplu lejn min imexxihom.

Dan l-iskandlu hu iehor minn katina ta’ skandli li dwarhom min hu responsabbli qed ikaxkar saqajh biex jieħu passi. Għandu jwieġeb ukoll il-Kummissarju tal-Pulizija. Għandu jispjega għaliex minkejja li l-Pulizija ilha sena taf bl-allegazzjoni dwar l-involviment tal-Ministru Ian Borg fl-iskandlu tal-liċenzji maħruġa minn Transport Malta ma għamlet xejn!

Iċ-Chairperson ta’ ADPD – The Green Party Sandra Gauci qalet li għal darboħra Angelo Gafa u l-korp tal-Pulizija irrendew ruħhom tarka għall-ħmieg fil-Kabinett ta’ Robert Abela.