Kumment li kiteb it-tabib tal-Familja u Speċjalista fil-qasam tal-mediċina Dr.Jean Karl Soler qanqal diskussjoni minn naħa ta’ nies li huma favur l-abort jew fehmiet li hemm xi stanzi fejn jaqblu miegħu f’ċerti ċirkostanzi biss bħall ma huma f’każ ta stupru, inċest jew fejn il-mara tkun f’periklu tal-mewt.
Dr. Soler f’kumment li kiteb fuq artiklu dwar l-liġi ta’ tqala mtella’ minn gazzetta lokali jgħid li skont studji xjentifiċi vittmi ta’ abbuż sesswali “rape” ma jkunux suxxettibli għat-tqala kaġun ta’ l-stess abbuż.
Huwa qal li qtil tat-trabi m’għandux jkun iġġustifikat billi nużaw ċirkostanzi bħall ma huwa “rape” li skont fatti huma rrilevanti u dan ma joħroġx in-nisa tqal. Kien propju b’dan il-kumment li rribbattew persuni li jiġġustifikaw l-abort b’diversi kummenti minn naħa tagħhom u għaldaqstant Dr. Soler sfida lill dawn il-persuni għal dibattitu miftuħ sabiex jiddiskutu flimkien quddiem il-pubbliku u mhux permezz ta’ kummenti fuq il-pjattaforma tal-media soċjali Facebook. Matt Bonanno ma’ laqgħax din l-sfida għax ħassu komdu li jiddibatti biss fuq Facebook fejn tella’ post fuq il-profil tiegħu bi screenshot ta’ dak li kiteb Dr. Soler. Iżda Charles Cassarwieħed mill-fundaturi tal-paġna “Hekk hu!” fuq l-istess post ta’ Matt Bonanno aċċetta li jiddibatti lit-tabib u kitiblu propju hekk
“Jean Karl – your contention is that “Rape victims don’t get pregnant”. My contention, and that of many others, is that this is false and that your own subsequent statements contradict this. I will debate this with you anywhere. You can choose the venue as well. The chair doesn’t even need to be “independent”. Feel free to find someone who endorses your statement to chair. Bring it on.”
PM News Malta ser ittella’ dan id-dibattitu bit-tema “Rape victims don’t get pregnant” minn ġewwa l-studjos tagħha nhar it-Tlieta, 11 ta’ Lulju, 2023 fil-5pm. Ser jkunu qed jiddibattu Dr. Jean Karl Soler flimkien ma’ l-avukat Dr. Charles Cassar. Dan id-dibattitu ser jkun immexxi minn Salvu Mallia.