Donald Trump Jerġa’ Jingħażel President fl-Elezzjoni tal-Istati Uniti tal-2024

F’riżultat storiku u kontroversjali, Donald J. Trump rebaħ it-tieni mandat tiegħu bħala President tal-Istati Uniti fl-elezzjoni tal-2024, u reġa’ kiseb il-Presidenza wara telfa fl-2020.
Bi vantaġġ qawwi f’diversi stati kruċjali bħall-Florida, l-Ohio, Georgia, Michigan,Pensilvanja u Wisconsin tagħlaq it-tigrija u b’hekk, inqabeż il-punteġġ meħtieġ ta’ 270 vot elettorali. Trump irnexxielu jirbaħ il-maġġoranza tal-Vot Elettorali, jirbah ukoll l-vot popolari. Il-kampanja tiegħu iffokat fuq kwistjonijiet bħall-ekonomija, is-sigurtà tal-fruntieri, u l-politika barranija, li kienu suġġetti li laqtu l-inkwiet ta’ ħafna votanti Amerikani.
Ir-rebħa ta’ Trump hija meqjusa bħala rebħa storika.
It-tieni mandat ta’ Trump, li jibda f’Jannar 2025, mistenni jkun enfasizzat fuq politika ta’ “l-Amerika l-ewwel,” b’attenzjoni għal kwistjonijiet bħar-riforma tal-immigrazzjoni u l-isfidi tal-ekonomija lokali. Aktar minn hekk, ħafna qed jistennew li r-riformi li jipproponi fuq is-sistema legali u l-ġudikatura jistgħu jkollhom impatt fit-tul.
B’rebħa ta’ Trump fl-2024, l-Istati Uniti tidħol f’era ġdida ta’ tmexxija, konservattiva, bi tħejjijiet biex jiġu ttrattati l-isfidi li hemm quddiem fil-qasam ekonomiku, soċjali, u barrani. It-tensjonijiet politiċi, li kienu prominenti matul din il-kampanja elettorali, jistgħu jsiru punt kruċjali fit-triq tal-Istati Uniti fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.