Emanuel Cuschieri b’solidarjeta’ ma’ Frederick Azzopardi

Dalgħodu quddiem il-qorti kienu bosta nies li attendew sabiex juru solidarjeta’ ma’ Frederick Azzopardi hekk kif dan gie mressaq quddiem il-qorti b’akkużi kriminali kontrih minħabba xogħlijiet li saru ġewwa Wied Qirda,Ħaż Żebbuġ. Fost in-nies preżenti quddiem l-qorti kien hemm is-Sur Emanuel Cuschieri fejn dan fl-aħħar jiem tella’ vidjos fuq il-profil tiegħu tal-midja soċjali jesprimi l-ħsibijiet tiegħu fuq l-akkużi li saru kontra Azzopardi. “Il-Gvern m’għandu x’jaqsam xejn f’din l-istorja,” qal Cuschieri waqt vidjo live li tella’ l-bieraħ.

Fl-ewwel kummenti tiegħu hekk kif ħareġ mill-Qorti, Azzopardi ndirizza l-midja u qal li f’dan l’stadju ma’ jistgħax jħalli kummenti fuq il-każ hekk kif kien issuġġerit lilu mill-avukati difensuri tiegħu peress li s-seduta ġiet aġġornata għall-Settembru.