WASHINGTON D.C. – Fi żviluppi ricenti, il-President Amerikan Donald Trump offra asil politiku lil Enoch Burke, għalliem Irlandiż magħruf għall-oppożizzjoni tiegħu għall- aġendi politiċi ġewwa l’iskejjel rigward tagħlim fuq it-transġeneru fl-Irlanda . Dan seħħ wara li membri tal-familja Burke organizzaw protesta quddiem il-White House, waqt iż-żjara uffiċjali tat-Taoiseach Irlandiż Micheál Martin.
Il-familja Burke, inklużi l-ġenituri Sean u Martina Burke, dehru fiż-żona tal-White House f’Washington D.C., fejn organizzaw protesta biex jiġbdu l-attenzjoni għall-kawża ta’ Enoch Burke. Il-preżenza tagħhom ġiet innotata minn diversi midja, speċjalment minħabba l-kuntest tal-laqgħa bejn it-Taoiseach Micheál Martin u l-President Trump.
🚨BREAKING @EnochBurke family are outside The White House staging a silent protest.pic.twitter.com/zO1qe5XZIx
— Terry K (@TezTruth81) March 12, 2025
Qabel il-protesta, kien hemm spekulazzjonijiet li l-familja Burke kienet ġiet mistiedna minn Elon Musk, wara li dan esprima pubblikament l-appoġġ tiegħu għal Enoch Burke fuq il-pjattaforma X (qabel magħrufa bħala Twitter). Minkejja dawn l-ispekulazzjonijiet, ma kien hemm l-ebda konferma uffiċjali dwar laqgħa bejn il-Burkes u Musk.
🇺🇸🇮🇪 BREAKING:
Elon Musk says the US may offer political asylum to Irish Christian schoolteacher Enoch Burke, who was imprisoned by the pro-Hamas Irish government for his beliefs.
Musk says he would offer Burke a job with DOGE, helping to expose the Biden admin’s pro-trans… pic.twitter.com/180cpXcfHg
— Ivor Meckton 🇮🇪🇷🇺 (@Sead_fine) February 22, 2025