Il-Ministeru għall-Finanżi u x-Xogħol iħabbar li l-miżura li tipprovdi rata preferenzjali ta’ taxxa fuq xiri u bejgħ ta’ propjetà għal dawk kollha li rreġistraw il-konvenju tagħhom sal-aħħar ta’ Diċembru 2021 se tiġi estiża b’disa’ xhur, jiġifieri sal-aħħar ta’ Ġunju 2023.
Din il-miżura, li kienet parti mill-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika waqt il-pandemija tal-COVID-19, tipprovdi tnaqqis fit-taxxa tal-Boll minn 5% għal 1.5% fuq l-ewwel €400,000 tal-valur tal-propjetà għal dawk kollha li se jixtru propjetà u tnaqqis fit-taxxa minn 8% għal 5% għal dawk kolla li se jbiegħu propjetà.
Sa issa, minn din il-miżura bbenefikaw ‘il fuq minn 88,000 persuna li bejniethom iffrankaw mal-€288 miljun f’taxxa.
Permezz ta’ din l-estensjoni, ‘il fuq minn 5600 konvenju reġistrati se jiġu eliġibbli għal dan it-tnaqqis fit-taxxa.
Din l-estensjoni se tkun l-aħħar waħda u se tidħol fis-seħħ min-nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Settembru 2022.
Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jċempel freephone 153.