Skond l Ewrobarometru li sar bejn April u Mejju ta’ din is-sena,ħareġ li l-maġġoranza tal-Maltin jħossuwhom insiguri rigward il-futur tagħhom minħabba l-impatt tal-gwerra ġewwa l-Ukrajna.
Meta kienu mistoqsija jekk humiex lesti jiffaċjaw il-konsegwenzi tas-sanzjonijiet li ġew imposti fuq ir-Russja, 71% wieġbu li m’humiex lesti għaż-żieda tal-prezzijiet fuq il-konsum ta’ l-enerġija kif ukoll 74% m’humiex lesti għaż-żieda tal-prezzijiet fuq konsum ta’ l-ikel.
Is-“Self employed” kienu l-aktar li wieġbu li ser jħossuhom milquta fuq il-livell ta’ għajxien segwiti b’dawk li jaħdmu f’kariga maniġerjali.
63 % qalu li l-livell ta’ għajxien u l-prezzijiet ta’ l-ikel huma aktar importanti mid-demokrazija u l-liberta’ filwaqt li 32% qalu li l-valuri tad-demokrazija u l-liberta’ għandhom jkunu prijorita.
Fost dawk li ħadu sehem f’dan is-“survey” meta kienu mistoqsija liem pajjiż jħarsu lejh b’mod posittiv, mill-lista ta’ pajjiżi provduta L-Ingilterra u l-Amerika kienu l’aktar li kellhom voti posittivi.
Dan l-Ewrobarometru juri li 74% tal-Maltin li pparteċipaw, jħossuwhom kunfidenti li jagħmlu parti mill-Unjoni Ewropeja filwaqt li 65% tal-pajjiżi membri l-oħra jgħidu li hija ħaġa tajba li jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropeja.
Ewrobarometru Speċjali tal-Parlament Ewropew
Rebbiegħa 2022