Fejn qed twassal il-propoganda

Id-dinja tal-Punent ilha tippropoganda xejriet ta’ mġiba għal sekli sħaħ fejn qed jinstigaw li huma meħtieġa għal koeżistenza ċivilizzata iżda fir-realtà nħolqu biex jibdlu lin-nies f’merħla ta’ nagħaġ infantilizzati u inutli. Din hija waħda mill-kawżi ewlenin ta’ frodi istituzzjonali li qed niffaċċjaw illum.
Sabiex tiġi stabbilita soċjetà fejn kulħadd jaċċetta l-verżjoni governattiva bħala l-unika waħda reali, dawk li jippretendu li huma responsabbli mill-futur tal-umanità użaw primarjament il-kooperazzjoni obbligatorja taċ-ċittadini ibbażata fuq “rieda tajba” . Din is-soċjetà spiċċat bbażata fuq kunċett falz ta’ “ugwaljanza,” waħda li tikkundanna lill-membri tagħha meta jiġu biex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom stess minħabba biża’ ta’ ċaħda u esklużjoni.
Kull min jazzarda jikkontesta jew jistaqsi pubblikament paradigmi bħall-ideoloġija tal-ġeneru, il-kunflitt tal-klassi soċjali, l-immigrazzjoni illegali, il-feminiżmu, il-moviment lgtbi, l-abort, l-ewtanasja, il-mediċina, ix-xjenza, jew l-eżistenza tal-Kovid l9 jispiċċa stigmatizzat mill-ewwel.
Termini bħal, “conspiracy theorist“, “faxxista,” “sessista”, “razzista,” “omofobiku” jintużaw biex jiskwalifikaw u jdgħajfu lil kull min jistaqsi jew sempliċement ma jaqbilx ma dawn id-dogmi.
Bħala riżultat ta ‘dan bosta ndividwi żviluppaw twemmin impenetrabbli fil-ħsibijiet tagħhom u dan kollu  ppermetta li t-tirannija u li l-falsitajiet supremi rnexxilhom jaħkmu u jbidlu s-soċjetà fi “skjavi grati,” lesti li  jiddefendu sistema li tittrattahom bħall-ġrieden u tiddegradahom.
F’dawn l-aħħar xhur lkoll rajna l-ispettaklu b’protagonisti eluf ta’ nagħaġ, jċapċpu u jfaħħru mill-gallariji tagħhom kif ukoll waqt “Mass Meetings” lill-eżekuturi li żammewhom arrestati fi djarhom b’argument insignifikanti bħall dan “Huwa għall-ġid tagħkom.”
Mhux ser naqa’ għall dan ir-rikatt psikoloġiku kif ukoll għall din il-logħba korrotta politika. Jistgħu jiċċensurawni u jsejħuli kwalunkwe ismijiet li jridu għax ser nibqa’ nesprimi l-opinjoni dwar dan kollu filwaqt li m’għandix dubju li mhux ser nkun waħdi li nagħmel dan !

Free Spirit