Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza, Festivals Malta, permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali, se jorganizza l-attivitajiet segwenti.
L-Erbgħa, 21 ta’ Settembru 2022
Quddiesa Pontifikali u Te Deum fil-Konkatidral ta’ San Ġwann
09.10 Il-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati jieħdu posthom f’Misraħ San Ġwann.
09.15 Wasla tad-Deputat Kap Kmandant tal-Forzi Armati.
09.20 Wasla tal-Aġent Prim Ministru.
09.25 Wasla tal-President ta’ Malta.
Jingħata salut nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja tal-Unur.
09.30 Quddiesa Pontifikali u kant tat-Te Deum li tiġi mxandra LIVE fuq TVM
Tqegħid ta’ fjuri fuq il-monument tal-Indipendenza, il-Furjana
10.40 Il-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati jieħdu posthom ħdejn il-monument tal-Indipendenza.
10.50 Wasla tad-Deputat Kmandant tal-Forzi Armati.
10.56 Wasla tal-Kap tal-Oppożizzjoni.
10.58 Wasla tal-Aġent Prim Ministru.
11.00 Wasla tal-President ta’ Malta.
Il-President ta’ Malta, l-Aġent Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni jqiegħdu bukketti tal-fjuri fuq il-monument.
Kunċert tal-Indipendenza
20.00 Kunċert mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Alan Chircop, fit-Teatru Manoel, il-Belt Valletta, li jixxandar LIVE fuq TVM News+.