Fi stqarrija Anthony Fauci jgħid li ser jirreżenja

Fi stqarrija maħruġa llum 22 ta’ Awwissu 2022, Anthony S.Fauci M.D qal “Illum qed inħabbar li se nkun qed nirriżenja mill-pożizzjonijiet ta’ Direttur tal-Istitut Nazzjonali tal-Allerġija u Mard Infettiv (NIAID) u Kap tal-Laboratorju tal-Immunoregolazzjoni tan-NIAID, kif ukoll mill-pożizzjoni ta’ Konsulent Mediku Ewlieni tal-President Joe Biden.” Hu qal li ser jkun qed jtemm il-karigi tiegħu f’Diċembru ta’ din is-sena biex ikompli l-kapitlu li jmiss tal-karriera tiegħu.
Żied jgħid li kien privileġġ kif ukoll unur għalih li matul dawn l-aħħar 38 sena bħala Direttur tan-NIAID serva taħt seba’ Presidenti tal-Istati Uniti.

Stqarrija minn Anthony S. Fauci, M.D.