Dan is-servizz huwa disponibbli fi tliet postijiet fl-Istati Uniti, Phoenix, San Francisco, Los Angeles. Fejn karozza li tieħu struzzjonijiet mill-AI u tieħdok minn post għall-ieħor bħalma tagħmel taxi normali, dan mingħajr assolutament ebda żball uman kif ukoll li tobdi r-regoli tat-traffiku. Dawn il-fatti se iwassalu għal inqas inċidenti kif ukoll l-ebda ħtieġa ta’ sewwieq bi żbalji li jista’ jġib miegħu u b’hekk il-kumpaniji jkunu jistgħu jnaqqsu prezz ta’ servizzi, għax jnaqqsu l-ispejjeż tal-ħaddiema u spejjeż amministrattivi oħra.
Wieħed jista’ jistaqsi diversi mistoqsiji ezempju, dan is-servizz se jġib aktar qgħad? Għal pajjiż bħal Malta huwa tajjeb għax inaqqas flus barranin? Dawn huma wħud mill-mistoqsijiet li wieħed jista’ jikkummenta dwarhom.
F’Malta dan diġà qed jiġi studjat u din it-teknologija magħrufa sew mill-awtoritajiet fejn fl-2021 kien hemm stqarrija għall-istampa mill-Ministeru għat-trasport, infrastruttura u proġetti kapitali u mill-ministeru għall-edukazzjoni.
Niftakru wkoll li kien Times of Malta li rrapporta dwar “Ir-riċerkaturi jistudjaw kwistjonijiet legali u tekniċi ta’ vetturi bla sewwieq f’Malta” fit-22 ta’ Frar 2022.
Iktar ma nmur fuq din il-ħolma għall-awtoritajiet kif ukoll għall-kumpaniji tat-taxis kif ukoll il-kumpanija tal-karozzi u l-kumpanija tal-assigurazzjoni qed issir realtà li xi darba jew oħra tkun implimentata wkoll f’Malta. Tajjeb jew ħażin? Iż-żmien jgħidilna.
Filmat-
Il-ġurnalista tal-aħbarijiet Lyanne Melendez tieħu rikba ġewwa karozza Waymo li taħdem waħedha f’San Francisco.