17 ta’ Jannar 2023 Anambra,Niġerja– Qassis tal-fidi Kattolika Rumana waqqaf lin-nies fil-parroċċa tiegħu milli jieħdu sehem f’wieħed mill-aktar sagramenti/duttrini importanti tal-knisja, minħabba li naqsu milli jiġbru id-dokument tal-Vot(PVCs) tagħhom qabel is-Sibt, 25 ta’ Frar, għall’elezzjoni presidenzjali fin-Niġerja.
Ġie irrapportat li l-qassis, identifikat sempliċement bħala Rev. Okonkwo,f’waħda mid-djoċesijiet Kattoliċi fl-istat ta’ Anambra, qal lill-parruċċani tiegħu waqt servizz ta’ filgħodu kmieni (quddiesa), nhar it-Tlieta, 17 ta’ Jannar, li huwa dnub li ċittadin jittraskura l-obbligu ċiviku tiegħu kif stipulat mil-liġi.
Intqal li l-qassis talab lil dawk li ma kinux ġabru d-dokument tal-vot tagħhom biex jitilgħu fuq l-altar. Kien hemmek fejn is-saċerdot qalilhom li minn hawn ‘il quddiem, għandhom jieqfu jirċievu t-Tqarbin sakemm ikunu ġabru d-dokument tal-vot tagħhom. Skont ir-rapport Fr. Okonkwo ħabbar ukoll li kull wieħed minnhom li jmur bil-moħbi biex jirċievi s-sagrament tat-Tqarbin fil-parroċċa tiegħu, jew imur x’imkien ieħor biex jagħmel dan mingħajr ma jiġbor il-PVC tiegħu jkun wettaq dnub mortali.
Huwa qal, “In-Niġerja tinsab f’salib it-toroq bħalissa, u d-dinja qed tħares lejn in-Niġerjani, u l-Insara b’mod partikolari, biex jagħżlu l-aqwa mexxejja fl-2023 biex jeħilsu lill-pajjiż mill-problemi tiegħu. L-insara għandhom ikunu minn ta’ quddiem. M’għandniex naraw li nkunu spettaturi. Ilkoll irridu noħorġu biex niġbru d-dokument tal-vot tagħna, u neżerċitaw l-obbligi ċiviċi tagħna. Mhux biss tagħmel hekk; għandna nużaw il-qawwa tal-vot tagħna biex jkollna tmexxija kredibbli.”
Il-qassis kompla billi qal li “Il-ġenna tgħin lil dawk li jgħinu lilhom infushom. Alla mhux se jinżel mis-sema biex jeleġġi l-mexxejja tagħna. L-ebda ammont ta’ talb għal tmexxija tajba mhu se jaħdem għalina, sakemm ma nagħżlux mexxejja tajbin aħna stess.”