L-eks champion tal-jet-ski kellu jaqsam il-Kanal Ingliż fuq it-tagħmir tiegħu fl-2019.
Is-Sur Zapata kien qed jieħu sehem f’attività ta’ esibizzjoni meta deher li tilef il-kontroll tal-invenzjoni tiegħu u waqa’ madwar 45 pied fl-Ghadira ta` Biscarosse.
Huwa ttieħed l-isptar u uffiċjali qalu li kien sejjer tajjeb.
F’filmati li ttellgħu fuq il-midja soċjali, is-Sur Zapata jidher jogħla ‘l fuq mill-invenzjoni tiegħu, qabel ma jidher li tilef il-kontroll tal-flyboard u niezel b`tizbita fl-ilma.
Crash impressionnant de @frankyzapata aujourd’hui au meeting aérien de #biscarrosse Heureusement il est tombé dans l’eau et devrait s’en sortir je l’espère sans trop de soucis. #frankyzapata #biscarrosse #crash pic.twitter.com/SjWbGOp74W
— Alex (@Alex170346741) May 28, 2022