F`sit, l-Inwadar, Benghajsa, Birzebbuga – Applikazzjoni għall-barriera ġdida maġenb ir-razzett tal-pannelli.

 

F`sit, l-Inwadar, Benghajsa, Birzebbuga applikazzjoni  għall-barriera ġdida maġenb ir-razzett tal-pannelli. Barriera proposta fil-ġebla tal-franka ghal faxx t’isfel għal blat tal-qawwi. l-applikant għal din l-applikazzjoni huwa Sur Paul Falzon, Perit Stanley Cortis. L-applikazzjoni għad trid tirċievi rakkomandazzjoni formali mill-uffiċjal tal-każ tal-PA. Ir-rappreżentazzjonijiet għall-proposta huma mistennija li jagħlqu fis-27 ta’ Mejju u l-każ huwa skedat li jinstema’ fit-8 ta’ Awwissu.
Xi ħaġa li tista’ tiġi nnutata wkoll fir-ritratt hija li din il-barriera se tkun qrib is-sit tal-pannelli u dan jista’ jikkawża ukoll trab li jista’ jkollu impatt fuq kemm dawn il-pannelli jkunu jistgħu jipproduċu enerġija u jaħdmu fl-aħjar tagħhom kif ukoll l-inġenji tat-tgħaffiġ tal-ġebel, excavators, trakkijiet u splussivi li jistaw jintużaw f`din iż-żona  din hija ukoll żona ta’ Importanza Ekoloġika, bi tlett mitt metru  biss ‘il bogħod mill-forti ta’ Bengħajsa u viċin ħafna ta’ sit Natura 2000.
Kien hemm ukoll numru ta’ ilmenti dwar din l-applikazzjoni biex titwaqqaf fosthom il-moviment tal-graffiti li esprima wkoll id-diżappunt tiegħu.

Il-Moviment Graffitti f`post fuq il-paġna ta facebook jiktbu hekk:

? Ingħaqadna mar-residenti, il-bdiewa u l-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa f’oppożizzjoni qawwija kontra l-barriera proposta f’Bengħajsa. Jekk din il-barriera ta’ 6,200 metru kwadru f’ODZ tiġi approvata, se jkollha impatt diżastruż fuq iż-żona tal-madwar għaliex ser teqred art agrikola u tagħmel ħsara kbira lil żona ta’ importanza ekoloġika, sit tan-Natura 2000 u żona residenzjali, li kollha jinsabu fil-qrib.? Tista’ tikkopja t-test tal-oġġezzjoni tagħna hawn taħt u tibgħat l-oġġezzjoni tiegħek lil [email protected] sas-27 ta’ Mejju.Tinsiex tikteb in-numru tal-applikazzjoni – PA/2673/22 – bħala suġġett tal-email”.