Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida dwar l-Ikel u l-Għalf , l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih traċċi ta’ Ethylene oxide (pestiċida).
Deskrizzjoni tal-prodott: | Ġelati b’togħomiet differenti f’tazzi żgħar |
Ditta: | Häagen Dazs |
I Isem tal-prodott: | Favorite Selection Mini Cups |
Data tad-Durabbilità: | 07/04/2023 |
L Lott: | 70423 |
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq
Facebook https://www.facebook.com/