Wara l-post li ttela’ fuq il-paġna tal-MP Julie Zahra fuq rappreżentazzjoni bl-isem ta’ “Gender Boss” organizzata minn Żigużajg li ser tibda tittella’ mis-16 ta’ Marzu għal tfal ta’ bejn it-8 u l-10 snin, u li għaliha mistiedna wkoll l-iskejjel,tqanqlu diversi diskussjonijiet. Partiti bħall ADPD, Volt, kif ukoll l-MEP Cyrus Engerer u l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici fost oħrajn oġġezzjonaw għall dak li kitbet Zahra.
L-MEP Cyrus Engerer f’intervista minn Lovin Malta qal li l-kumment ta’ Zahra jindika li hi u l-partit tagħha jistgħu jimbuttaw għal projbizzjoni ta’ kontenut LGBTIQ fl-iskejjel, simili għal liġi li għaddiet mill-Ungerija fl-2021.
F’ Novembru, 2022, Engerer kien stqarr kif il-Gvern ta’ l-Ungerija kien daħħal liġi li l-ktieb “A Fairytale for Everyone” ma jersaqx viċin ta’ skejjel jew libreriji tat-tfal. F’post li tella’ Engerer qal li l-gvern ta’ Orban huwa faxxist.
Dan il-ktieb ippublikat ġewwa l-Ungerija fih 17-il storja miġbura f’ rakkonti mill-ġdid ta’ ħrejjef tradizzjonali, aġġornati b’karattri aktar diversi, inklużivi u LGBTQ f’ambjenti kontemporanji. Il-ktieb huwa maħsub għal tfal ta’ eta bejn 7-10 snin.
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, u l-Arti Owen Bonnici fuq Twitter kiteb li “Kulħadd għandu jgawdi drittijiet ugwali irrispettivament mill-identità tal-ġeneru, il-kulur tal-ġilda, lil min iħobb u dak li jemmen fih.
Il-kultura hija opportunità mill-isbaħ biex tipprovdi ambjent sigur bil-libertà sħiħa li tesprimi ruħha.
Aħna nirrispettawha lill-ġenerazzjonijiet tal-lum u li ġejjin.”
Everyone should enjoy equal rights irrespective of gender identity, skin colour, whom they love and what they believe in.
Culture is a splendid opportunity to provide a safe environment with the full freedom to express oneself.
We owe it to today’s and upcoming generations. pic.twitter.com/Eolb9GwGgl— •Owen Bonnici (@OwenBonnici) March 5, 2023
Kien hemm diversi ġenituri li kkumentaw u esprimew it-tħassib tagħhom fuq din il-kwistjoni fosthom persuna li fuq il-profil tagħha indikat min ser jkun qed jtella’ din l-attivita / “workshop” għat-tfal ta’ eta 8-10snin.