Ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu u s-soċjeta’

Fuq il-midja soċjali mhux l-ewwel darba li jittellaw posts minn ġenituri fejn jesprimu l-weġgħat tagħhom rigward kif uliedom jiġu trattati fis-socjeta’ minħabba kundizjonijiet li jkollhom, fosthom l-Awtiżmu, ADHD u kundizzjonijiet oħra li jaffetwaw l-imġieba.
Wieħed għandu jikkunsidra li qabel jparla jew jitfa’ l-ġenituri f’sitwazzjoni aktar urtanti, li kemm it-tfal kif ukoll il-ġenituri mhux dejjem jkun possibli li jkollhom kontroll komplet fuq ċertu mġieba. Persuna li tbati minn Awtiżmu tħares lejn affarijiet madwara b’mod differenti, li jekk wieħed ma jkollux għarfien fuq din il-kundizzjoni jista’ jasal għal konklużżjonijiet żbaljati u li minn flok jgħin jispiċċa jiggrava s-sitwazzjoni. Eżempju għajjat fil-konfront ta’ persuna li tkun awtistika toħloq aktar frustrament. Il-ġenituri ta’ dawn it-tfal ħafna drabi jkunu jafu kif għandom jidderiġu l-uliedom f’ċirkostanzi bħall dawn iżda sfortunament mhux dejjem jkun possibli speċjalment jekk in-nies tal-madwar jagħmluwa aktar diffiċli.
Il-ħiliet tal-komunikazzjoni soċjali u l-interazzjoni jistgħu jkunu ta’ sfida għal nies bl-awtiżmu, għaldaqstant qabel wieħed jiġġudika kemm il-ġenituri kif ukoll it-tfal b’dawn il-kundizzjonijiet l-ewwel jeduka lilu innifsu mbgħad jipprova jeduka lill ħaddiehor !