“Għalfejn ix-xogħol fuq l-iskola primarja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi għadu ma bediex?” Jerome Caruana Cilia

Wara bosta lmenti li rċieva l-membru parlamentari l-Onor.Jerome Caruana Cilia rigward l-stat li tinsab fih l-skola primarja ta’ San Ġorġ ġewwa Ħal Qormi hu ressaq mistoqsija parlametari fejn staqsa x’inhi r-raġuni li xogħolijiet meħtieġa f’din l-skola għadhom ma sarux kif ukoll rigward id-dettalji tat-timeframes dwar ix-xogħolijiet u meta effettivament għandu jispiċċa x-xogħol fuq din l-iskola.
Fuq il-midja soċjali Caruana Cilia kiteb li jittama li tittieħed azzjoni xierqa mingħajr dewmien żejjed qabel tibda sena skolastika ġdida.