Waqt sessjoni parlamentari llum, 5 ta’ Lulju, Dr Adrian Delia staqsa għaliex Malta qed tkompli timponi restrizzjonijiet marbuta mal-Covid19, minkejja li hu magħruf li Malta għandha rata għolja ta’ tilqim tal-Covid19. Huwa enfasizza xi nazzjonijiet Ewropej li neħħew għal kollox ir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar tagħhom, iżda Malta hija t-tieni wara Franza li għandha limitazzjonijiet.
Delia qal li l-Profs. Charmaine Gauci bħala Superindent tas-Saħħa Pubblika setgħet timponi restrizzjonijiet u tikkontrolla t-tixrid tal-virus meta konna fi stat ta’ emerġenza, iżda bħalissa Malta MHIX f’emerġenza u għalhekk m’għadhiex meħtieġa tkompli timponi mandati.
Il-Fatt li l-maġġoranza tal-individwi f’Malta ħadu il-vaċċini kollha meħtieġa iżda għad hemm dawn ir-ristrizzjonijiet fis-seħħ, dan kollu jikkontradixxi l-loġika, stqarr Delia. Ir-restrizzjonijiet kollha tneħħew f’pajjiżi oħra b’rati ta’ tilqim aktar baxxi.
Waqt li għalaq id-diskors tiegħu Dr Delia staqsa dwar kemm tammonta l-ispiża ta’ dawn it-tilqim sal-lum u jekk il-Ftehim ta’ Xiri hux se jiġi emendat u estiż. Huwa staqsa dwar l-ħażna tal-vaċċini li kienu mixtrija u x’ser jsir b’dan l-istokk.