Il-Bniedem li jibqa’ sieket ikun qiegħed issaħħaħ l’kompliċita
Mingħajr tlaqlieq nistqarr li :
J’Alla li Alla li jien nadura u nħobb jikkastiga kif jintqal fil-bibbja lill dawk kollha li qegħdin kompliċi f’dan il-massakru li qiegħed jwassal għat-telf ta’ ħafna mwiet.
Ħaġa waħda ninnota u tħassibni u ttini raġun li tant hemm kompliċita anke minn tirrani u ħakkiema ta’ pajjiżi li ma tisma’ l ebda stqarrija ta’ kundanna. Għalfejn din il moħqrija lejn l umanita ?? Fejnhom il-forzi ta’ l’ordni ta’ fuq il-baħar ?? Fejnhom il-qaddejja ta’ l’Amerika il-United Nations, fejnhom il-fortex??
Ħallelin , qattiela ,kompliċi.
Hawn tant kullimkien immaniġjar fil-baħar ta’ vapuri, tankijiet , vjaġġar il-ħin kollu u ħadd ma jara xejn. Fejnhom il-helicopters, l’ajruplani u l’vjaġġaturi ??
Għaliex huwa tort ta’ Malta u ibħra Mediterranji? Għaliex xi ċwieċ Maltin ħakkiema politiċi mill-ħakma ta’ Gonzi l’hawn iffirmaw u kkommettew ruħhom li jilqagħu kull persuna fil-periklu fil-baħar tal-Mediterran.
Imma l-periklu u l’imwiet min qiegħed jikkawzah ?, żgur mhux Malta , imma dawk il qatta’ kriminali , qattiela li qegħdin jisirqu flus u ħajjiet dawn l’imsejkna . Dawk il-kriminali u qattiela li qeħhdin jistivaw f’dgħajjes xejn tajba għall ivjaġġar, mijiet ta’ mijiet ta’ persuni ta’ kull eta b’ dehra ċara u ddestinata ta’ periklu, għarqa u mwiet.
Hemm indikazzjoni ċara ta’ kompliċita’ kbira b’negozju ta’ dħul t’eluf li qegħdin jittieħdu lill dawn ħutna, filwaqt li b’mod l iktar vili qegħdin ipoġġuhom f’periklu kbir.
Ħaġa ta’ l’iskantament li dawn fil-vjaġġi kollha klandestini ħadd ma jarahom isalpaw f’dak il-periklu, imma kif jaslu fl’ibħra Mediterran l’NGOs. Mingħajr ma jkunu qegħdin isegwuhom ,b’miraklu jgħamlu l’kuntatti għas-salvataġġ.
Dawn huma manuvri li wieħed jiddeplora mhux lill dawn l’involuti qattiela ,imma lill’ kull stat, lill’ kull organiżazzjoni bħall EU u Ġnus Maqgħuda li bil-potenzjal kollu f’idejhom ma jwettqu l’ebda azzjoni ta’ investigazzjoni li twaqqaf dan il-qtil infami anke tat-tfal u nisa tqal fost oħrajn.
Imma l-vilta tibqa’ tirrenja, meta quddiem politiċi ħakkiema maltin mingħajr sinsla quddiem l’EU li ħakkmitna, filwaqt li qegħdin ngħidu li aħna over populated , il-gvern laqi u rikattat jaċċetta 52 miljun biex jibqa jirċievi, fommu magħluq,lill dawn il-klandestini llegali li pajjiżi oħra għax għandhom sinsla u lealta’ lejn il-poplu tagħhom b vuċi għolja qalu “Le!”
B’dan il-laqiżmu servili tal-ħakkiema politiċi maltin mal-EU, fetaħ it-triq mingħajr kontroll miġjiet u wasliet ta’ aktar immigranti llegali li sejrin jkomplu joħonqu lilna poplu Malti f’din suppost artna li fiha l’poplu Malti u Għawdxi ġie dominat mill-barranin.
Pero’ Poplu Malti u Għawdxi għall iżbalji u laqiżmu tal-politiċi ħakkiema maltin taż-żewġ partiti eletti, ma’ għandekx tibqa’ skomdu int.
Il-Gvern fuq din il-materja injora talba ta’ referendum wara ġbir ta’ 48 elf firma. Naturalment nafu għaliex għax wettaq diversi obbligazzjonijiet minn wara dahar il-poplu Malti u Għawdxi tant hu hekk li smajna l’Prim Ministru jgħidilna ħalli jara x’obbligi għandu ma’ l’istati barranin. Tal-mistħija l-ewwel il-barrani u wara il-poplu Malti.
Maltin u Għawdxin jekk irridu nuru li m’aħniex gwejdien quddiem il-ħakkiema barranin, hemm ħtieġa t’azzjoni immedjata ħalli nuruhom li aħna Maltin u għadna artna u dan nistgħu ngħamluh billi ninżlu b’forza massiva paċifika fit-toroq bl’għajta Malta tagħna.