Għandi idea li tista’ tiffranka t-traffiku f’Malta.

Wara li staqsejna kampjun ta’ nies dwar kif jaħsbuha dwar “number plate scheme” indunajna ħafna nies  ma jridux jitilqu l-karozza d-dar imqar biss għal ġurnata fil-ġimgħa li fl-aħħar mill-aħħar dan se jirriżulta fi kwalità ta’ arja aħjar, tnaqqis tat-traffiku  kif ukoll inqas “micro dust” li huwa ħażin għal saħħitna . Nifhmu s-sorsi tat-trab fin ta’ ġewwa f’Malta – L-ewwel studju
Minn dak li rnexxielna niksbu huwa li ħafna nies mhumiex inklinati li jħallu l-karozza d-dar għal ġurnata fil-ġimgħa minkejja li t-trasport pubbliku issa huwa bla ħlas, dan juri biċ-ċar kemm in-nies saru dipendenti fuq l-użu tal-karozza fejn ħafna inqas biss iridu jużaw mutur jew rota għal darba fil-ġimgħa meta jkun imisshom kieku din is-sistema kellha vera tidħol fis-seħħ.
Min-naħa l-oħra, jidher li hemm numru ta’ nies li tgħoġobhom l-idea u jaħsbu li tista’ taħdem u tnaqqas it-traffiku kif ukoll tkun idea ambjentali tajba.
Allura ħriġt b’idea oħra li tista’ ssir biss minn dawk in-nies li forsi jistgħu jħallu l-karozza u ma jużawhiex imqar darba fil-ġimgħa biex jonqos kemm it-traffiku kif ukoll it-tniġġis.
Din hija l-idea li għandi li tkun valida biss għal min lest iħalli l-karozza u ma jużahiex għal ġurnata waħda biss fil-ġimgħa.
Kemm dawk kummerċjali kif ukoll dawk privati ​​ jinħarġilhom “number plates” specjali u jidħlu f’din l-iskema u jkollhom skont fil-liċenzja tat-triq kif ukoll skont tal-assigurazzjoni.
Din l-idea tista’ tnaqqas ħafna traffiku u b’mod volontarju u min jidħol f`din l-iskema jiffranka ħafna flus u wkoll jibda bil-mod il-mod juża vetturi żgħar tat-triq tat-traffiku bħal ma` huma muturi jew roti jew ix-xarabank li issa hija ukoll b’xejn.

Mario Camilleri