Għeluq tal-Ħruġ tal-Istock tal-Gvern ta’ Malta – Ottubru 2022

It-Teżor iħabbar li minħabba d-domanda qawwija li kien hemm mill-membri tal-pubbliku għall-Istocks tal-Gvern ta’ Malta fil-ħruġ ta’ Ottubru 2022, l-offerta ingħalqet fis-2:30 pm tal-Erbgħa 12 t’Ottubru 2022.  L-ammont ta’ sottoskrizjonijiet fl-Istocks mill-membri tal-pubbliku kien ta’ ftit anqas minn €300 miljun. It-Teżor ser jeżerċita d-dritt li jżid l-ammont sa massimu ta’ €100 miljun sabiex l-ammont li għandu jiġi allokat jiżdied sa massimu ta’ €300 miljun.
F’dan il-rigward, l-irkant li kellu jsir nhar il-Ġimgħa 14 t’Ottubru 2022 f’nofsinhar tħassar peress li ma kienx għad fadal ammont sostanzjali x’jiġi irkantat. L-applikazzjonijiet kollha mill-membri tal-pubbliku li huma konformi mat-termini taċ-Ċirkolari tal-Offerta u l-Prospett Ġenerali ser jiġu aċċettati kollha.
It-Teżor ser iniedi ħruġ ieħor ta’ Stock tal-Gvern ta’ Malta f’nofs Novembru 2022.​