Grupp ta’ attivisti ser jtellgħu dimostrazzjoni illum il-Ġimgħa 25ta’ Marzu ġewwa l-Belt Valletta.
Illum ser tittela’ dimostrazzjoni ġewwa il-Belt Valletta li ser tibda minn quddiem il-parlament f’mixja siekta fis-6pm propju f’Jum is-silenzju ġurnata qabel l-Elezzjoni Ġenerali.
Ħafna staqsew għalfejn ser issir propju f’dan il-Jum u għalfejn siekta? Ir-risposta li taw l-attivisti kienet “Jum is-silenzju huwa sinjifikanti fejn aħna qed ngħidu LE mhux ser nibqgħu siekta għad-diskriminazzjoni li qed tagħmlu kontrina u mhux ser nittoleraw aktar inġustizzji.”
Żiedu jgħidu “Siekta għal diversi raġunijiet, l-ewwel nett għax aħna nemmnu li tlabna dak kollu li kien tagħna bid-dritt biex il-politikanti jisimgħu dak li-kellna ngħidu. Nħossu li aktar nies ser jingħaqdu magħna f’moviment ġdid sieket fejn flimkien b’diversi opinjonijiet nistgħu nieqfu u nimxu lkoll flimkien kontra kull tip ta’ diskriminazzjoni.”
Min jixtieq jagħmel kuntatt magħna jista’ jibagħat email fuq : [email protected]