Ftit tal-ġranet ilu kien hemm residenti li stqarrew ma’ PM News Malta is-sitwazzjoni tal-biki li jinsabu fiha minħabba xogħolijiet li qed jsiru ġewwa Triq l-Għargħar 1979 / Wied, Qormi. Dawn ix-xogħolijiet fil-wied ilhom għaddejjin minn qabel l-elezzjoni ġenerali u s’issa għadhom għaddejjin. Minn meta aħna ta’ PM News Malta tellajna l-artiklu bl’ilmenti tar-residenti, x-xogħol waqaf u issa donna l-problema eskalat għaliex din it-triq spiċċat bla dawl.
Ir-residenti reġgħu ġibdulna l-attenzjoni kif sitwazzjoni bħall din issa ġiet aktar perikoluża. ” Qed nistennew li jew xi ħadd jweġġa’ peress li għad hemm ħadid mdawwar mal-wied kollu jew li issir xi serqa f’xi propjeta fl-istess triq għaliex jieħdu vantaġġ mid-dlam ċappa li hemm !” qalilna resident mill-istess triq.
“Nibża’ noħroġ mid-dar filgħaxija waħdi bid-dlam li jkun hemm. Nkun qed nsitenna li hemm xi ħadd mistoħbi fi-dlam u ma narahx, ma nistgħax nieħu dan ir-riskju b’dak kollu li qed jiġri f’ pajjiżna !” qaltilna tfajla li tgħix f’din it-triq.
“Qabel l-elezzjoni l-politiċi ġew sabiex jisimgħu l-ilmenti tagħna, issa li għaddiet l-elezzjoni kullħadd sparixxa u ħallewna fi-dlam, letteralment fid-dlam !” temm resident ieħor.