Hekk kif qed joqrob Settembru, ix-xahar li ser jospita’ l-“Gay Pride” ġewwa l-gżejjer Maltin, nhar is-Sibt, 8 ta’ Lulju, 2023, quddiem il-Parlament ittellgħat żifna bħala simbolu ta’ ċelebrazzjoni għal dan l-avveniment. Fost il-parteċipanti kien hemm tfal jieħdu sehem f’din l-attivita.
Ritratt mtella’ fuq FaceBook qajjem kontroversja u l-Media lokali fosthom, il- Malta Today tgħid li dan ir-ritratt skont il-ġurnalist li rraporta l-artiklu kien barra mil-kuntest u li qanqal polemika mill-Konservattivi.
Il-Ġurnalist semma’ kif nies bħal preżentatur popolari John Bundy, Ex- Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista Edwin Vassallo kif ukoll l-kelliem fil-qasam ta’ l-Edukazzjoni għal Partit Nazzjonalista Justin Schembri, ikkumenttaw fuq dan l-avveniment fejn urew it-tħassib tagħhom rigward it-tfal preżenti għal attivitajiet bħal dawn.
Pero’ li ma ġiex aċċennat li hemm bosta Gays u membri ta’ LGTBIQ+ li huma wkoll ma jaqblux li t-tfal jkunu involuti f’ dawn l-avvenimenti kemm lokali u kemm barra minn xtutna.
Bosta ġenituri wkoll inkwetati hekk kif meta marru għal-laqgħat li jsiru ta’ Skola Sajf, ġewwa skola tal-primarja partikolari sabu ma wiċċhom bandiera li tirrapreżenta l-komunita’ LGBTIQ+. Kien hemm min staqsa għalfejn dik il-bandiera kienet qegħda hemm flimkien ma’ bnadar ta’ pajjiżi oħra ?
Ir-Risposta kienet l-inklużjoni ta’ nies b’orjentazzjoni sesswali differenti. B’reazzjoni għal dan il-ġenituri urew tħassib għaliex uliedhom qatt ma kellhom problema biex jinkludu tfal oħra fiċ-ċirku tagħhom, qatt ma staqsew rigward orjentazzjoni sesswali u qatt ma’ kienu jgħaddulom dawn il-ħsibijiet minn moħħ ta’ eta żghira li jagħmlu tikketta fuq sħabhom tal-klassi fuq l-orjentazzjoni tal- ġeneru !
Tħassib ieħor kien fuq ktieb partikolari ” In My Daddy’s Belly” fejn ukoll kien hemm mistoqsijiet kif possibli raġel jġorr tarbija ġo ġuf ineżistenti !
Only women can get pregnant
That’s a woman with an elective double mastectomy & short hair
This fantasy book should be nowhere near childrenhttps://t.co/rCJVS7HHYW
— Stuart: Agent 37649 (@stuartf100) June 5, 2023
Għaldaqstant Organiżżazzjoni bl-isem ta’ “Gays Against Groomers” ġewwa l-Istati Uniti għaddejjin b’kampanja sabiex jqajjmu kuxjenza fuq dak li qed jseħħ fil-konfront tat-tfal rigward l-Indotrinazzjoni ta’ l-Identita’ tal-Ġeneru.
Din l-Organiżżazzjoni hija magħmula minn nies Straight u LGTBIQ+ li qed jħossuwhom urtati kif l-orjentazzjoni sesswali tagħhom qed tiġi sfruttata sabiex tattakka tfal innoċenti minn eta’ żgħira u li jistgħu jkunu danneġġati għal-ħajjithom.
Wieħed jrid joqgħod ferm attent li persuni LGTBIQ+ ma jintużawx bi skuża għall xi ħaġa oltre’, fosthom il-pedofelija.
Abbużi jistgħu jiġu minn kull orjentazzjoni sesswali, iżda għalhekk importanti li t-tfal nħalluwom jibqgħu tfal u ma’ ndaħħluwomx fin-nassa ta’ skopijiet ulterjuri.
Rita Bonnici- Ġurnalista u Blogger