Dan il-Ħamis li ġej fil-parlament se tkun organizzata Konferenza mill-MP Ivan Bartolo. Partit Nazzjonalista.
Din il-Konferenza se tittratta t-tema “Ġustizzja Soċjali”.
F’din il-konferenza li se tibda fid-9:30am u tispiċċa fil-11:30am se ikun hemm diversi kelliema minn diversi oqsma ta soċjeta’, kif ukoll xi parlamentari miż-żewġ naħat tal-kamra se jagħmlu l-intervent tagħhom (Iftaħ il-fajl) Kelliema
Waqt din ill-konferenza kif ukoll wara se tiġi organizzati protesta barra l-bini tal-parlament magħmula mill-NGO Happy Parenting Malta li dawn ukoll se jkollhom rappreżentanti jagħmlu ukoll intervent f’din il-konferenza fil-bini tal-parlament.
PMN Malta se tkunu preżenti għal din l-attività fejn se nżommu kuntatt dirett u nieħdu intervisti mill-attivisti , dan se issir permess ta’ xandiriet diretti mill-istazzjon PMN Malta fuq YouTube.
Talba għal-Tibdil fil-Liġi u l-Proċeduri tal-Qorti tal-Familj
Xi ġenituri u nanniet li jħossuhom li saret jew li qed issir inġustizzja magħhom se jkunu jipprotestaw biex it-tibdil rakkommandat minn Happy Parenting – Malta (For Happier Children) jiġi ndirizzat mingħajr aktar dewmien. Il-protesta se tibda ħdejn il-Parlament man-naħa ta’ Triq l-Ordinanza.
Għandu jkun hemm aġenzija /bord apposta magħmul minn esperti fis-suġġett u tittratta l-każijiet qabel il-familja tmur il-Qorti.
L-aċċess u l-manteniment għandhom jiġu dekriminalizzati għalhekk it-338LL u 338Z għandhom jitneħħew. Il-familja mhux postha l-Qorti jew il-Ħabs! Il-familja fejqan u riforma fejn hemm bżonn.
In-notifiċi mill-Qorti b’effett immedjat, għandhom isiru aktar mgħaġġla b’mezzi diġitali.
Professjonisti għandhom ikunu adegwati u mħarrġa fis-suġġett ta’ Parental Alienation għax inkella jistgħu jagħmlu aktar ħsara milli ġid.
It-tfal għandhom bżonn u d-dritt tat-trobbija bis-sehem attiv u indaqs taż-żewġ ġenituri.