Hemm bżonn pjan strateġiku biex Malta tinżamm nadifa kemm fuq l-art kif ukoll taħt il-baħar.

Aktar ma immur aktar  nies qed jiżdiedu fuq din il-gżira u ovvjament dan qed iġib aktar skart kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar. Il-pajjiż issa irid jagħmel pjan u ma jħallix piż fuq NGOs jew nies ta’ rieda tajba biex inaddfu postijiet remoti jew qiegħ il-baħar. Dan għandu jsir billi l-gvern jimpjega nies kwalifikati biex jindirizzaw u jnaddfu skart f’żoni rurali minn skart goff kif ukoll bugħaddasa li jnaddfu l-kosta tal-baħar Maltija u jiġbru skart li nġarr mill-maltemp jew jintrema intenzjonalment.
Kif dan jista’ jsir, u min fejn il-fondi? dan huwa l-ħsieb u l-idea tiegħi.
Il-pajjiż qed jattira numru kbir ta’ barranin u dan qed iwassal biex l-ekonomija tikber u dan qed iħalli aktar flus (suppost) fil-kaxxa ta’ Malta, huwa wkoll li trid tqis li l-gvern bhall issa qed jonfoq ħafna flus fuq sussidji kemm fil-fjuwil kif ukoll fil-ġwiez u oġġetti oħra għalhekk l-ispiża hija wkoll enormi. Iżda jibqa’ l-fatt li rridu nieħdu ħsieb l-ambjent u din hija prijorità kbira u trid issir minnufih. 
Eżempju Jeħtieġ li jkun hemm taxxa addizzjonali ta’ % fuq il-VAT jew xi taxxa b`isem ieħor jew fondi oħra allokati mill-unjoni ewropea biex dawn  jmorru f’fond li minnu jitħallsu l-pagi biex dawn il-ħaddiema u korporazzjonijiet jaħdmu u jsir xogħol ta’ tindif fuq l-art u taħt il-baħar.
Malta u Għawdex għandhom jinqasmu f’għaxar gruppi fejn ikun hemm għaxar sezzjonijiet immexxija minn korporazzjoni waħda u x-xogħol fuq l-art jinqassam kuljum u jitnaddfu postijiet differenti, kull sezzjoni jkollha 50 persuna biex iduru għall-iskart tal-art u 50 bugħaddas idduru il-qiegħ tal-baħar. huma ikunu joperati fuq bażi fulltime. qed nitkellmu fuq 1000 ruħ ezempju pagi ta` 400 ewro  fil-ġimgħa allura n-nefqa tkun madwar 400,000 elef fil-ġimgħa jew 21 miljun fis-sena ċirka, ovvjament jekk tinkludi makkinarju biex jintuża għal dawn l-operazzjonijiet il-prezz se jogħla u jkun hemm spiża ferm ogħla jekk wieħed jassumi li se jkun hemm 10 miljuni oħra bejn bastimenti li jġorru l-iskart u trakkijiet u inġenji varji oħra.
Ovvjament din hija idea u ħsieb li qsamt magħkom, wieħed jista’ jikkritika jew iżid jew inaqqas minn dan il-ħsieb imma min idea jista’ jsir xi ħaġa u fl-aħħar tista’ ukoll issir realtà. Mhux dejjem nikkritikaw imma nagħtu wkoll ideat biex forsi l-qarrejja tagħna jieħdu l-ideat u jagħmluhom tagħhom u min jaf forsi xi ministru jinkorpora din l-idea u jżid magħha b`mod iktar professjonali għall-ġid tal-pajjiż kollu.