Ġewwa s-Siġġiewi – Ħmieġ taħt is-sinjal “Tarmix skart hawn”.

Xi nies irrimarkaw li għal snin twal f’dan il-post fil-viċin “Il-Kappella tal-Madonna tal-Providenza” ilu jintrema ħafna żibel eżatt taħt sinjal li jgħid “Tarmix żibel hawn” jidher ċar li għalkemm it-tabella ilha li tqiegħdet pero` il-prattika illegali għadha sseħħ.

Dan huwa l-post fejn ħafna turisti jżuru jum wara jum u xahar wara xahar.
Din il-persuna tkellmet magħna biex l-appell tiegħu jinstema’ u biex jitwaħħlu kameras fuq il-post biex jinqabdu n-nies u jressquhom quddiem il-ġustizzja skont il-liġi.
Irċevejna informazzjoni li f’dan il-post qed jintremew diversi boroż suwed u jinfetħu mill-annimali bil-lejl għax dawn il-boroż jinħarġu kmieni ħafna u ħafna drabi ġurnata qabel jinġabar iż-żibel.
Dan il-post jaqa’ taht il-kunsill tas-Siggiewi ghalhekk nittamaw li l-kunsill jagħmel ukoll li jista’ biex iwaqqaf ir-rimi ta’ hmieg fuq dan is-sit.