Ian Borg jitkellem ma’ Dmytro Kuleba 

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg għadu kif tella fuq il-midja socjali tiegħu li kellu taħdidiet mal-
Ministru għall-Affarijiet Barranin Ukren Dmytro Kuleba .
 Borg kiteb : “Għadni kemm tkellimt mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ukren Dmytro Kuleba
Huwa qalli kif il-Gvern Ukren grat lejn Malta  u l-għajnuna li qed nagħtu – dik umanitarja, interventi mediċi, fil-qasam edukattiv u nilqgħu refuġjati Ukreni wkoll.
Infurmajtu kif Malta hija b’mod sħiħ parti mis-sanzjonijiet imposti fuq ir-Russja mill-Unjoni Ewropea u kommessi li nimplimentawhom.
Huwa fehem perfettament għaliex Malta sa issa għadha ma keċċietx diplomatiċi Russi, u dan minħabba ċ-ċokon tal-Ambaxxata Maltija f’Moska.
Tlabtu jikkunsidra sabiex il-President Zelenskyy jindirizza lill-Parlament Malti wara li jerġa’ jiftaħ, liema talba kienet apprezzata u wegħdni li ser jirrakomanda sabiex dan isir.”
Min jixtieq jagħmel kuntatt magħna jista’ jibgħat email fuq : [email protected]