Iċ-ċittadini jixirqilhom aktar u aħjar
Iċ-ċittadini tagħna jixirqilhom aktar u aħjar. Għax jekk hawn xi ħaġa li kulħadd fehma waħda dwarha hi l-istat diżastruż tat-toroq tagħna.
It-traffiku laħaq livelli ta’ gridlock kważi kuljum, filwaqt li l-manutenzjoni u l-għeluq tar-rotot qed isiru mingħajr ħsieb jew pjan, fost telqa ġenerali li lanqas taraha f’pajjiżi tat-tielet dinja.
Barra minhekk, l-infurzar sar ineżistenti, fejn kulħadd jagħmel fattih mingħajr konsegwenza daqslikieku qegħdin f’xi ġungla u l-proġetti qed jispiċċaw mitluqin u oħrajn weqfin.
Il-Partit Nazzjonalista jesprimi tħassib ukoll għall-fatt li l-prattiċi tajbin ta’ xogħol ma għadhomx jeżistu umbagħad issib scooters mitluqin kull fejn issuq jew timxi, b’periklu għas-sewwieqa u n-nies mexjin, Maltin u barranin.
Iżda quddiem dan il-falliment kollu, il-Ministru Aaron Farrugia qal biss li hu tort tal-Festi. Dan ifisser li, wara sentejn ta’ pandemija f’nofs l-istaġun tal-Festi, il-Gvern qed jitfa’ dell ikrah fuq il-Festi u qed jhedded li jwaqqafhom jew irażżanhom.
Min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista jfaħħar l-impenn tal-organizzaturi u ta’ dawk kollha involuti fil-Festi, li jimxu mar-regoli u jaraw li kollox ikun skont il-Liġi biex dawn ikunu jistgħu jsiru u jitgawdew fl-irħula u l-bliet tagħna.
Il-Festi huma parti mill-identità Maltija u għalhekk, il-Gvern ma jistax jarahom ta’ xkiel jew iwaħħal fihom li l-kaos fit-toroq hu kkawżat mill-ftit toroq li jkunu magħluqin għal ftit ħin bil-permessi meħtieġa.
Il-Gvern qata’ qalbu u m’għandux soluzzjoni, la fl-immedjat u lanqas pjan fit-tul. U ta’ dan kollu, iċ-ċittadin qed jitħalla jbati l-konsegwenzi ta’ kuljum.
Adrian Delia
Kelliem għat-Trasport, il-Mobbiltà u l-Proġetti Kapitali
Julie Zahra
Kelliem għall-Kultura, l-Arti u l-Wirt Nazzjonali
03.08.2022
” Iċ-ċittadini jixirqilhom aktar u aħjar”- Adrian Delia
2 thoughts on “” Iċ-ċittadini jixirqilhom aktar u aħjar”- Adrian Delia”
Comments are closed.
Fix-xitwa meta traffiku bestja ingema fit-triq tal Marsa Junction (li ghadha kif tlestiet fost qtugh ta żigarelli)…u ax ghamlet ftit xita aktar mis soltu u triq (state of the art) gherqet u giet qisha xmara Nile…it-tort dakinhar kien tal-climate change????????????????
In-nies jaqbadhom depression kull filghodu meta jitilqu x-xoghol. Jaslu tard ic-xoghol minnhabba t-traffic. L-inkompetenza ta dawk li jmexxu pajjizna. Il-Gvern ghandu jiddikjara li kull min jahdem u anke kull min ghandu appuntamenti privati jew f-stabillimenti tal-gvern, huma fejn huma, jigu skuzati kemm jekk waslu tard ax xoghol u kemm jekk waslu tard ghall appuntament u l-appuntamenti taghhom jinzammu kemm jista jkun. Dan m’huwa xejn hlief tort tal gvern li holoq dan id dizastru kollu bix-xoghlijiet fit-toroq buex jakkomoda il-popolazzjo i zejda u karozzi zejda li gew minn barra minn xtutna. Mela issa gieghluwhom jiehdu risponsabilta assoluta u jaraw x’jaghmlu wara il-hsara li kkagunaw.