9 ta’ Marzu,2025, Malta Children’s Defence Movement- MCDM, F’ artiklu ppublikat fuq is-Substack, jgħidu li permezz ta’ dokument mgħoddi lill studenti tas-sitt sena fl’iskejjel tal- primarja, qed jiġu mġegħla jiffirmaw sabiex jagħtu l-kunsens tagħhom sabiex id- dejta tiġi mgħoddija lill kapijiet tal- kulleġġi.
MCDM jgħidu li permezz ta’ dan il-Gvern qed jmur kontra l-liġijiet tiegħu stess kif ukoll qed jikser il-Kodiċi tal- GDPR ta’ l-stati membri ta’ l- Unjoni Ewropea.
Il-liġijiet msemmija hawn fuq huma ċari, tifel jew tifla taħt it-13-il sena ma jistax jagħti l-kunsens għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu/tagħha, u f’dawn il-każijiet, biss il-ġenitur jew il-kustodju jista’ jagħti l-kunsens.” Malta Children’s Defense Movement