Tul is-sebgħin sena ta’ servizz, ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni ġibdet l-ammirazzjoni ta’ bosta madwar id-dinja, mhux l-inqas f’Malta, il-pajjiż li miegħu kellha rabta speċjali għax għexet fih u żaritu diversi drabi.
Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni tibqa’ magħrufa wkoll għas-sens ta’ dover li bih dejjem qdiet l-irwol importanti li kellha.
Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni tat kontribut importanti ħafna ukoll lejn il-Commonwealth, li taħt it-tmexxija tagħha evolva f’organizzazzjoni dinamika li tippromwovi d-demokrazija, id-diversità u fejn il-popli jiġu flimkien.
Il-Gvern ta’ Malta jibgħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familja Rjali u lill-poplu kollu tar-Renju Unit.