Il-Gvern tar-Renju Unit Jikkunsidra Kumpens Ġdid għal Diżabbiltajiet Marbuta mal-Vaċċin

Eluf ta’ Britanni li allegatament sfaw diżabbli wara li ħadu l-vaċċin AstraZeneca jistgħu dalwaqt jaraw kumpens sostanzjali. Is-Segretarju għas-Saħħa, Wes Streeting, qed jikkunsidra tibdil fis-sistema tal-Vaccine Damage Payment Scheme (VDPS), li bħalissa tipprovdi massimu ta’ £120,000 u li din qed tintlaqat minn għadd kbir ta’ applikazzjonijiet. L-għażliet jinkludu programm speċjali għall-persuni affettwati, hekk kif AstraZeneca qed taffaċċja kawżi legali minħabba effetti sekondarji rari iżda serji. Aktar dettalji mistennija fil-ġimgħat li ġejjin.
Mill-informazzjoni li għandna, jidher li Malta bħalissa m’għandhiex skema ta’ kumpens għal individwi li sofrew effetti sekondarji serji minn vaċċini tal-COVID-19. Filwaqt li pajjiżi bħar-Renju Unit qed jikkunsidraw programmi ta’ appoġġ, dawk f’Malta jibqgħu mingħajr għajnuna finanzjarja għal diżabbiltajiet marbuta mal-vaċċin. Din is-sitwazzjoni toħloq nuqqas ta’ appoġġ għal dawk li ġew affettwati.