Iċ-Chairperson ta’ ADPD-The Green Party Sandra Gauci u s-Segretarju
Ġenerali Dr Ralph Cassar qalu l-Prim Ministru Robert Abela għandu
jiċċara l-ħsibijiet tiegħu dwar il-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet
tal-Bniedem. Fissru li logħob bid-drittijiet umani huwa perikoluż
ħafna.
“Ir-rapport fil-Malta Today u s-Sunday Times ilbieraħ (23 ta’ Marzu)
dwar kliem li ntqal mill-Prim Ministru Robert Abela fi Brussell,
fil-kuntest ta’ summit ta’ mexxejja tal-Unjoni Ewropea huwa ta’
tħassib kbir.” qalu ADPD. Ġie rrappurtat li l-Prim Ministru Robert Abela qal li jrid jiftaħ għad-diskussjoni l-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa meta Malta tieħu l-presidenza tal-istess
Kunsill tal-Ewropa f’Mejju li ġej.
ADPD jgħidu li dan jikkuntrasta ma’ dak li qal il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ian Borg li kien qal li l-prijoritajiet ta’ Malta huma ż-żgħażagħ,
protezzjoni tat-tfal, il-ġlieda kontra l-vjolenza u
d-diskriminazzjoni, u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.
ADPD jtemmu din l-stqarrijja billi jenfasiżaw li “Huwa ferm perikoluż jekk il-Prim Ministru qed jipprova jintgħoġob billi jallinja ruħu mal-lemin-estrem u neo-faxxista, bħal Meloni u Salvini fl-Italja, Orban fl-Ungerija, l-lemin-estrem Olandiż.
