F’Varsavja, il-Polonja, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri kellu laqgħa bilaterali mas-Sotto-Segretarju tal-Istat għall-Ministeru tal-Intern Pollak Bartosz Grodecki, fejn matulha ġiet diskussa primarjament it-tema tal-immigrazzjoni.
Matul il-laqgħa ġie diskuss id-dokument imressaq mill-Presidenza dwar il-mekkaniżmu ta’ solidarjetà b’rabta mal-immigrazzjoni u anke l-progress fuq id-diskussjoni li għaddejja dwar il-Patt tal-Immigrazzjoni u l-Ażil.
Iż-żewġ partijiet qablu għal iżjed koperazzjoni bejn il-partijiet kemm fil-fora Ewropea iżda anke b’mod bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi.