Aktar kmieni illum, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li l-UE għandha tagħti status lill-Ukrajna għall kanditatura tagħha biex tgħolli l-moral tal-Ukraini u tkompli turi solidarjeta’ lejn dan il-pajjiż.
???? LIVE | Press Point with the Speaker of ???????? @SuomenEduskunta @VanhanenMatti
@RobertaMetsola @Europarl_FI @Europarl_EN https://t.co/mYPHvF9fVr— Roberta Metsola (@EP_President) June 21, 2022
Il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea laħqu kunsens politiku sabiex jagħtu status ta’ kandidat għas-sħubija lill-Ukrajna fis-summit tal-UE bejn it-23 u l-24 ta’ Ġunju, qal Clement Beaune s-segretarju tal-istat ta’ Franza għall-affarijiet Ewropej.
Id-diskussjonijiet tal-lum taw kunsens totali dwar il-possibbiltà li jiġu kkunsidrati l-offerti tal-kandidati għas-sħubija, speċjalment mill-Ukrajna fl-iqsar żmien, qal Beaune, b’referenza wkoll għall-Moldova u l-Ġeorġja.