Il-Parlament tal-UE ċaħad partijiet ewlenin tal-pjan għall-klima “Fit for 55”

Abbozz ta’ leġiżlazzjoni dwar ir-riforma tas-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS), il-Mekkaniżmu tal-UE ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntiera (CBAM) u l-Fond Soċjali għall-Klima ġew irriferuti lura lill-kumitat nhar l-Erbgħa, wara li l-Parlament irrifjuta r-rapport ta’ Peter Liese (PPE, DE) dwar l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet b’340 vot favur, 265 vot kontra u 34 astensjoni.
L-għanijiet li jirriformaw is-sistema tal-iskambju tal-emissjonijiet (ETS) tal-blokk u t-taxxa fuq il-fruntieri tal-karbonju kienu kontroversjali, b’uħud mill-akbar industriji tal-Ewropa jagħmlu lobbying kontra l-bidliet.
Din is-sistema kienet mfassla għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet. Din kienet tippermetti lill-kumpaniji jixtru krediti sabiex ikunu jistgħu jarmu d-dijossidu tal-karbonju. Il-Kummissjoni Ewropea riedet testendi dan għad-djar u l-vetturi biex toħloq fluss ġdid ta’ dħul għal fond soċjali.
Dawn il-proposti ser jiġu riveduti, hekk kif fost l-għajjat madwar il-kamra l-membri akkużaw lil xulxin li mblukkaw il-pjan. Iċ-Chairperson tal-ENVI Pascal Canfin ħabbar il-bieraħ li l-Kumitat se jimmira li jlesti din il-parti tax-xogħol biex jippreżenta l-abbozzi ta’ liġijiet fis-sessjoni parzjali plenarja li jmiss – fi Brussell fit-22-23 ta’ Ġunju: