Il-Partit Popolari jsejjaħ għal kunsens Nazzjonali dwar is-sigurta’

Fi stqarrija li saret il-bieraħ 24 ta’ Lulju 2022, il-Partit Popolari jgħid li jiiddeplora d-deterjorament tal-qagħda tas-sigurta’ fiż-żoni tal-Ħamrun u l-Marsa, b’mod partikolari l-episodji vjolenti li seħħew matul il-ġimgħa li għaddiet.
Il-Partit Popolari jirreferi għall-proposta li saret minnn oartiti oħra li barranin li jinstabu ħatja ta’ reati f’pajjiżna jitkeċċew mit-territorju Malti. Filwaqt li jfakkar li din hija proposta li ilu jressaq il-Partit Popolari, jinnota bi tħassib li sa issa dawn il-partiti l-oħrama speċifikawx li lesti jagħmlu dan ukoll fil-każ meta r-reati jitwettqu minnn persuni li jkunu ngħataw ażil f’pajjiżna, bħalma jidher li kien il-każ fl-episodji vjolenti tat-18 ta’ Awwissu.
Dan jagħti x’wieħed jifhemli mhumiex serji ful-proposti tagħhom, u li mhumiex lesti li jimmodifikaw l-impenji internazzjonali ta’ Malta fil-qasam tal-ażil biex jkunu jistgħu jagħmlu dan. Mingħajr din l-azzjoni preparatorja, kull tentattiv li jitkeċċew persuni li jkunu wettqu reati jitwaqqaf mill-qrati lokali u Ewropej.
Il-Partit Popolari jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dawn il-proposti ma jikkonċernzawx każijiet iżolati, u fakkar li aktar minn nofs il-popolazzjoni tal-ħabs tikkonsisti f’residenti barranin. Għalhekk huwa umportanti ferm li l-partiti jkunu ċari ħafna dwar x’inhi tassew il-pożizzjoni tagħhom rigward it-tkeċċija ta’ nofs jew aktar tal-persuni misjuba ħatja b’reati serji f’pajjiżna. Dan jista’ jkollu impatt kbir ħafna fuq il-qagħda tas-sigurta’ f’ pajjiżna, b’mod partikolari f’żoni bħall-Marsa u l-Ħamrun.
Il-Partit Popolari jistieden lil-partiti l-oħra biex jingħaqdu miegħu f’kunsens nazzjonali dwar il-ħtieġa lis-sistema tal-ażil ma tibqax tiġi abbużata akatr, la biex isir dħul f’pajjiżna għal skopijiet ekonomiċi, u lanqas permezz tat-twettiq ta’ reati f’pajjiżna. Huwa jistieden lill-partiti kollha biex ipoġġu madwar l-istess mejda u jaslu għal sett ta’ proposti komuni li jistgħu jibdew jitweqqu immedjatament. HUwa jfakkar li ż-żewġ partiti l-kbar b’mod partikolari għandhom kontroll tas-siġġijiet kollha fil-Parlament u għalhekk ma jistgħux jaħarbu aktar mir-responsabilita’ tagħhom dwar din il-kwistjoni li issa ġiet aktar għall-attenzjoni tal-poplu. Huwa jinsisti li l-kwistjonitas-sigurta’ ma tistax tibqa’ ballun politiku, imma li trid tinsab soluzzjon dejjiema lijista’ jaqbel magħha kulħadd.