“Il-Poplu Malti u Għawdxi tkellem” stqarrija mill-Partit Popolari.

Is-Sur Joseph Borġ rappreżentant tal-Partit Popolari, fi stqarrija jgħid li l-Poplu Malti u Għawdxi tkellem. Il-maġġoranza xebgħat miż- żewġ partiti u l’politika tagħhom u 56% jridu partit ġdid.
“Din hija kontinwazzjoni ċara li torbot għaliex 80 elf ma ħargux jivvuttaw.
Din hija kontinwazzjoni ta’ aħbar reċenti fejn intqal li l’istess Poplu Malti u Għawdxi stqarr nuqqas ta’ fiduċja fil-politiċi.
Din hija kontinwazzjoni ta’ aħbar li 70% taż-żgħażagħ tagħna mhux jaraw futur f Pajjiżna.
Ir-realta’ hija ċara l-poplu qiegħed juri biċ-ċar li ma jaqbilx mal-politika liberali.
Ir-realta’ hija ċara li qiegħed jara liż-żewġ partiti tilfu is-sinsla tagħhom quddiem il-laqiżmu lejn l EU dittatorjali .
Ir-realta’ hija li l poplu  qiegħed jiġi stmat poplu tat-tieni klassi fejn il-barrani qiegħed jigi stmat iktar minnu .
Ir-realta’ hija li l’poplu qiegħed jinduna li l-politici ħakkiema tal-lum , l’ewwel huma u qiegħed issegwi kif b’korruzzjoni mifruxa filwaqt li qegħdin ninsterqu kuljum huma qegħdin jistanaw. Il-poplu qiegħed jinduna li filwaqt li kif qegħdin jghidu iż-żgħażagħ , il-futur huwa l baħħ, minn naħa l ohra il PN mifrud, mingħajr sinsla u m’ għadux partit alternattiv bħala oppożizzjoni.” jgħid Borġ.
“Jekk vera il-poplu jrid Partit ġdid il-PARTIT POPOLARI lest għall din l’isfida għal dan l’impenn jekk l’istess Poplu Malti u Għawdxi jħaddan liema twemmin politiku hu , jersaq il-quddiem , jrressaq il-fehmiet tiegħu b’mod liberu u ħieles biex jsaħħaħ il-Partit Popolari, partit ħieles , partit tal-poplu Malti u Għawdxi li jieqaf kull indħil tal-EU u kull barrani.
Partit li jemmen li Malta hija tal-Maltin u Għawdxin u m’għandha l’ebda ħtieġa ta’ forċina t’indħil barrani. Iva,Malta għandha bżonn Partit ġdid, partit li jgħamel lill Malta mill ġdid Maltija, b’politika ġdida mfassla mill-Maltin u għall-Maltin biss.
Poplu Malti u Għawdxi issa li erġajt tkellimt b’mod ċar u erġajt saħħaħt mill ġdid b’maġġoranza l’ isfiduċja tiegħek u dan għamiltu fl-interess ta’ Pajjizna , issa għaġixxi ħalli tkun int stess li tara Partit ġdid b’politika ġdida li sservi lilek u lill Pajjizna flimkien mal Partit Popolari,  Partit ħieles , Partit mill Poplu għal Poplu quddiem nett u fiċ-ċentru , il-poplu Malti u Għawdxi.” jtemm din l-istqarrija Borġ.