Il-President Myriam Spiteri Debono ssellem il-memorja tal-Aġent President, Dr Francis Zammit Dimech

“Dr Zammit Dimech iddedika ħajtu għas-servizz pubbliku. Irrappreżenta lil Malta fuq livell Ewropew u lokali, u matul il-karriera professjonali u politika tiegħu kiseb ir-rispett ta’ dawk kollha li ħadmu miegħu, irrispettivament mill-fehmiet politiċi,” stqarret il-President ta’ Malta.

Il-President Myriam Spiteri Debono rrimarkat ukoll dwar kif “Francis Zammit Dimech baqa’ jservi lill-pajjiż anke meta kien għaddej minn perjodu diffiċli ta’ saħħa, fil-kariga ta’ Aġent President.”​​​

F’dan il-mument diffiċli, il-President Myriam Spiteri Debono twassal il-kondoljanzi lill-qraba, kollegi u ħbieb ta’ Francis Zammit Dimech.​