Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ltaqgħet mal-Ispiker tal-Kamra tad-Deputati ta’ Malta Anġlu Farrugia fil-binja tal-Parlament il-Belt.
Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ltaqgħet mal-Ispiker tal-Kamra tad-Deputati ta’ Malta Anġlu Farrugia fil-binja tal-Parlament il-Belt.
Waqt żjara ta’ kortesija, il-President Metsola kienet mistiedna biex tiffirma l-ktieb tal-viżitaturi qabel kellha laqgħa uffiċjali ma’ Dr Farrugia fl-uffiċju tal-ispiker.
Il-President Metsola qalet lj il-Parlament Malti u dak Ewropew huma t-tnejn id-djar tal-Maltin u l-Għawdxin billi fihom it-tnejn jittieħdu deċiżjonijiet maħsuba biex itejbu il-ħajja tan-nies. Stiednet lill-Ispiker tal-Kamra tad-Deputati biex flimkien mad-deputati jingħaqdu magħha fil-Kampanja Ewropea li qed tagħmel biex tħeġġeġ aktar nies jivvutaw fl-elezzjoni ta’ 12-il ġimgħa oħra fi proċess demokratiku importanti.
Ħeġġet biex id-deputati Maltin jieħdu sehem f’laqgħat organizzati fi Brussell u fi Strasburgu li matulhom jiġu diskussi liġijiet Ewropej. Kompliet li b’dan il-mod, huma jistgħu jikkontribwixxu bl-ideat tagħhom fi stadju bikri tad-diskussjonijiet dwar suġġetti li jaffetwaw lill-poplu Malti u Għawdxi.
L-Ispiker Farrugia rringrazzja lill-President Metsola tal-ħidma li qed twettaq fit-tmexxija tal-Parlament Ewropew. Qal li jħares ‘il quddiem biex iż-żewġ Parlamenti jaħdmu aktar fil-qrib ma’ xulxin għat-tisħiħ tad-demokrazija.