Il-prostituzzjoni u jekk għandhiex tkun legali.

F’Malta qed nesperjenzaw diversi ħwienet b’servizzi ġodda bħal attivitajiet ta’ messaġġi fejn aktar ma` immur aktar ħwienet qed jiftħu f’diversi postijiet dawn jissejħu “massage parlor”. Ħafna minn dawn il-ħwienet għandhom nisa barranin li suppost joffru servizz ta’ messaġġi iżda ħafna jsostnu li dawn il-ħwienet imorru lil hinn u joffru servizzi sesswali.
Ħafna jgħidu wkoll li din hija prattika illegali għax hija prattika bħall-prostituzzjoni kif ukoll servizz ta’ “sex shopping”. Ħafna oħrajn jargumentaw li x-xiri tas-sess għandu jkun regolarizzat kif ukoll ikkontrollat ​​billi jiġu ntaxxati u kkontrollati s-sistemi fejn dawn in-nies jagħmlu testijiet regolari tas-saħħa.
Hemm opinjonijiet ta`dawk li jridu li din il-prattika tkun liberalizzata kif ukoll oħrajn qalu li din il-prattika m’għandhiex tiġi liberalizzata għal diversi raġunijiet.
Se nsemmi l-ewwel diversi punti ta’ dawk li jridu li l-prostituzzjoni ta`kull tip f’pajjiżna tiġi legalizzata.
Jekk ikun legalizzat, ikun hemm aktar kontroll biex il-mard trasmess sesswalment mill-prostituti jkun jista’ jiġi kkontrollat.
Il-fornitur tas-servizz iħallas it-taxxi u jitqies bħala xogħol ieħor fejn ikun hemm obbligi f’dan il-każ tas-saħħa kif ukoll regoli biex jiġi żgurat li x-xerrej tas-sess ikun intwera ċertifikat li l-persuna hija b’saħħitha u ma tbatix minn ebda mard trażmess sesswalment.
Punt ieħori li persuni b’diżabilità jkunu jistgħu wkoll jagħmlu s-sess mal-prostituti b`mod legalment.
Issa se nsemmi l-argumenti ta’ dawk kontra l-legalizzazzjoni tal-prostituzzjoni
Dan jista’ jwassal biex aktar nisa jiġu impjegati u importati għall-iskop primarju tal-prostituzzjoni.
Il-mara se tibqa’ titqies bħala oġġett li jista’ jinxtara bħallikieku tista’ tixtri oġġett ieħor u dan iżżomm il-mentalità li n-nisa jitqiesu bħala oġġett.
Jekk ikun hemm provvediment ta’ ċertifikat mill-prostituta ma jfissirx li min immur għanda ser jkollu xi forma ta’ ċertifikat huwa stess allura dan xorta ser jibqa` jipperikola l-Mara.
Dawn huma diversi argumenti li jqanqlu ħsibijiet differenti ġejjin miż-żewġ naħat tad-diskussjoni.
M’għandniex xi ngħidu l-prostituzzjoni hija l-eqdem xogħol fid-dinja u diffiċli li taqtagħha jew tneħħiha għal kollox.
Ejja nirraġunaw għal mument u naħsbu li l-prostituzzjoni hija legali. Nibdew billi nħarsu lejn dak li qed jgħidu dwar dawk favur li din il-prattika ma tibqax meqjusa bħala att kriminali iżda fl-istess ħin qed jgħidu li dawn il-prostituti għandhom iħallsu t-taxxa bħal kull xogħol ieħor.
Hawn dilemma għaliex dawk li ma jħallsux t-taxxa qed iwettqu att kriminali u ejja nkunu onesti kemm taħseb li dawn in-nies se jiddikjaraw il-flus li jdaħħlu kollha? Mela hawn xorta dawn in-nies jistgħu jitressqu l-qorti bħal kull min ukoll ma iħallaxs it-taxxa kif ukoll jistaw jeħlu l-ħabs.
Hemm punt ieħor li l-prostituta għandha tagħmel testijiet regolari u dan inaqqas il-marda. Ejja nkunu onesti hawn ukoll u ngħidu l-verità u għal mument ngħidu li forsi jkun aħjar minn xejn imma żgur ukoll li ċertu mard se jiġi kkuntrattat anke permezz ta’ kuntatt mal-ġilda bħal herpes jew mard ieħor tal-ġilda kif ukoll mill-ħalq jew sempliċi min nifs kif rajna fil-pandemija.
Kien hemm argument ieħor li persuni b’diżabilità għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li jagħmlu s-sess ma’ prostituti mħarrġa f’dawn iċ-ċirkostanzi.
Naħseb li hawn ukoll wieħed irid joqgħod ftit attent għal raġuni li wieħed jista’ jifhem il-bżonnijiet ta’ dawn in-nies li ħafna drabi huma diffiċli biex bniedem jifhem jekk ma jkunux qed jesperjenza il-problema fuqu infsu, pereżempju minħabba d-diżabbiltà tagħhom ma jkunux kapaċi jimasturbaw waħedhom u dan jista’ jikkawża aktar frustrazzjoni f’dawn in-nies. Iżda f’dan il-każ hemm ukoll it-tieni persuna involuta u ma rridux ninsew li huwa wkoll bniedem u li hu/hi għandu jiġi kkunsidrat ukoll. Li qed nipprova ngħid hu li għall-pjaċir ta` bniedem m’għandux ikun hemm dwejjaq ghall bniedem ieħor.
Hemm diversi argumenti li jqanqlu diskussjoni u r-risposta mhux dejjem faċli imma dejjem irid ikun hemm il-kunsens tal-persuna li trid tagħmel dan ix-xogħol u qatt ma tkun imġiegħel tagħmel dan la bil-forza jew għax tixtri d-droga jew għax jiddependi minnhom jew biex iħallsu għall-bżonnijiet tagħhom ta’ kuljum jew forsi biex imantnu lill-familja li hija ‘l bogħod minn xtutna jew saħansitra f’pajjiżna stess.
F’pajjiżna, is-sigurtà soċjali teżisti biex tingħata għajnuna soċjali biex persuni fil-bżonn ikunu indipendenti u ma jaqgħux f’diversi vizzji bħall-prostituzzjoni. L-awtoritajiet iridu jitkellmu u jaraw din il-problema fl-għerq tagħha u mhux sempliċiment imorru għal soluzzjoni aktar liberali u populista għar-raġuni li aktar tard dan jista’ jqajjem aktar problemi socjali u qatt mhu ċert li l-prattika se tkun legali għar-raġunijiet li semmejt f’din l- opinjoni.