Ilbieraħ xufier ta’ taxi (Cab driver) kien attakkat minn passiġġier Ingliż

Skont il-vittma l-aggressur Ingliż jinsab taħt arrest u l-pulizija se tresqu l-Qorti b`urgenza llum il-Ħamis  21 ta` Lulju.
Is-sewwieq żied jgħid li ma kienx każ ta’ flus għax ir-raġel Ingliż kien diġà ħallas billi uża l-APP.
Qalilna ukoll li l-aggressur deher viżibbilment fis-sakra u f’daqqa u għall-ebda raġuni dan beda` jagħtih daqqiet ta’ ponn f’wiċċu .
Wieħed jista’ jara li s-sewwieq sofra diversi ġrieħi f`wiċċu u wkoll spiċċa b`ghajn sewda

Ser nkomplu naraw il-każ mil- viċin u ser naraw x’sentenza ser jingħata l-aggressur.