Fuq il-profil tiegħu il-kelliem tal-Oppożizzjoni tal-Finanzi l-Onor. Jerome Caruana Cilia kiteb li n-numru ta’ negozji li għalqu fl-aħħar sena żdied b’26% filwaqt li kien hemm tnaqqis ta’ 36% fis-sena 2021 għall reġistrazzjonijiet ġodda.
Filwaqt li sidien ta’ diversi ħwienet stqarrew miegħu li l-spejjeż dejjem jiżdiedu, l-problemi tat-traffiku kif ukoll diffikulta’ biex jsibu ħaddiema qed jkunu ostakli li qed jiffaċjaw. Għalkemm kienu diversi drabi li ddiskutew dawn il-problemi ma’ l-SME’s temm billi stqasa ” X’qed isir biex nindirizzaw din is-sitwazzjoni?”