Infermier allegatament attakka infermiera oħra f’Mater Dei

Fl-20 ta’ Marzu, fis-18:45 ta’ filgħaxija, seħħ inċident fl-Isptar Mater Dei fejn infermier allegatament attakka infermiera oħra. Minnufih ingħatat assistenza medika immedjata, u l-kundizzjoni tagħha qed tiġi mmonitorjata mill-qrib.​

L-Isptar Mater Dei flimkien mal-Pulizija, qed jikkopera bis-sħiħ biex niżguraw investigazzjoni bir-reqqa u trasparenti.

L-Isptar Mater Dei huwa impenjat bis-sħiħ li jżomm ambjent sigur, ta’ rispett u ta’ sostenn għall-ħaddiema, il-pazjenti u viżitaturi kollha. Kif mistenni, ma hemm l-ebda tolleranza għall-atti vjolenti, fastidju, abbuż jew imġieba mhux xierqa fi ħdan l-Isptar. Dan l-aġir hu kompletament inaċċettabbli u ma jirriflettix il-valuri li nieħdu b’serjetà kbira f’dan l-Isptar.

L-Isptar Mater Dei jibqa’ impenjat li jżomm ambjent sigur u rispettuż għall-impjegati u l-pazjenti kollha tagħha, u aħna qed nieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex nindirizzaw din is-sitwazzjoni b’mod xieraq.