Zelensky iwissi “Infern” f’Donbas, l-Ukrajna hekk kif ir-Russja żżid il-pressjoni.

Ir-Russja qed twettaq attentat intenzjonat u kriminali biex toqtol kemm jista’ jkun Ukraini,” qal il-President Ukren Volodymyr Zelensky fl-indirizz tiegħu tal-aħħar filgħaxija, meta akkuża lil Moska b’ġenoċidju.
Qal ukoll li l-forzi Russi bidlu r-reġjun ta’ Donbas, fejn bħalissa qed jiffokaw l-isforzi militari tagħhom, f’“infern” u li qatlu “ħafna” nies fir-reġjun ta’ Chernihiv fit-Tramuntana tal-Ukrajna.
Qal li ma kien hemm l-ebda “spjegazzjoni militari” għall-qtil u l-qerda.
“F’Donbas, ir-Russi qed jippruvaw iżidu l-pressjoni billi jintensifikaw l-attakki. Hemm l-infern, u dik mhix eżaġerazzjoni.
Il-bumbardament brutali u għal kollox bla sens ta’ Severodonetsk … ħalla tnax-il persuna mejta u għexieren midruba f’ġurnata waħda biss. Il-bumbardament u tkissir ta`bliet oħra, l-attakki bl-ajru u bil-missili tal-armata Russa – dan kollu mhux biss ostilitajiet matul il-gwerra.
Attakki Russi fir-reġjun ta’ Chernihiv, b’mod partikolari l-attakki terribbli f’Desna. It-tneħħija tad-debris tkompli, fil-waqt li jinħarġu ħafna mejta, attaki kostanti fir-reġjun ta ‘Odessa, fl-ibliet taċ-ċentru tal-Ukrajna, Donbas hija kompletament meqruda – dan kollu m’għandux u ma jistax ikollu l-ebda spjegazzjoni militari għar-Russja.
Dan huwa attentat intenzjonat u kriminali biex jinqatlu kemm jista’ jkun Ukraini. Jeqred kemm jista’ jkun djar, faċilitajiet soċjali u negozji.
Dan hu dak li se jkun deskritt bħala l-ġenoċidju tal-poplu Ukren u li għalih żgur l-okkupanti jitressqu quddiem il-ġustizzja”.