Fuq il-profil tiegħu tal-midja soċjali l-MEP Alex Aguis Saliba kiteb kif il-Maltin ma jistgħux ikomplu jiġu trattati daqs li kienu ċittadini tat-tieni klassi mill-Kummissjoni Ewropea. Dan wara li ressaq mistoqsija parlamentari u li wara numru ta’ ġimgħat ingħata risposta “mimlija skużi vojta mill-Viċi-President tal-Kummisjoni Ewropea Dombrovski” sostna Aguis Saliba.
Sostna billi qal li l-Maltin mhumiex mhux taż-żejjed u n-nieqes,u staqsa jekk il-Kummissjoni tippreferix tpoġġi xi Latvjan li ma jafx kelma bil-Franċiż jew il-Ġermaniż fl-uffiċċji tagħha.
“Inutli niċċelebraw anniversarji tal-linġwa Maltija meta ma jirnexxilniex niddefendu l-użu tagħha bħala lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.” temm Aguis Saliba.
Wieħed jista’ jgħid li fis-sena 2005 il-lingwa Maltija kienet diġa mhux rikonoxxuta fil-parlament Ewropew.Joseph Muscat li dak iż-żmien kien MEP għamel id-diskors tiegħu bil-Malti u spiċċa mwaqqaf għaliex ma kienx hemm min jittraduċi l-lingwa Maltija.